L-Awtorità ta’
Standards ta’ Ħarsien Soċjali (SCSA) hija organizzazzjoni regolatorja mwaqqfa
mill-Att Numru XV tal-2018, l-Awtorità għandha
tilħaq il-mira tagħha kemm bħala sapport u regolament, fejn kemm min juża
s-servizz kif ukoll il-provditur tas-servizz ikunu involuti attivament
fil-proċess tal-iżvilupp u t-titjib tal-iStandard.
SCSA timmira li ttejjeb
il-kwalità u l-iStandards fis-servizzi tal-protezzjoni soċjali sabiex
tipproteġi u ttejjeb id-dinjità, is-sigurtà u tal-ħarsien soċjali ta’ kull min
juża s-servizzi.
SCSA tikseb dan billi:
- Tilliċenzja l-provdituri tas-servizz
tal-ħarsien soċjali;
- Twaqqaf Standards Soċjali Regolatorji
fis-settur tal-protezzjoni soċjali;
- Teżamina s-servizzi u tieħu azzjoni biex tipproteġi lill-persuni li jużaw is-servizzi.
*
* Bħalissa disponibbli bl-Ingliż biss