Navigate Up
Sign In

Obbligi ta’ Manteniment

Manutenzjoni tal-Familja f’każi Transkonfinali

Il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament KE 4/2009 u l-Konvenzjoni tal-Aja tal-2007 dwar il-Manteniment huwa li jipprovdu sistema ta’ kooperazzjoni effiċjenti u reattiva bejn l-Istati firmatarji u l-Istati tal-UE għall-ipproċessar ta’ applikazzjonijiet internazzjonali. Dawn jeħtieġu li l-pajjiżi involuti jagħmlu l-applikazzjonijiet disponibbli għall-istabbiliment u l-modifika kif ukoll għar-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet ta’ manteniment. Għalhekk il-proċeduri għandhom jitħaffu, jiġu ssimplifikati u infurzati b’mod effettiv.

l-Awtorità Ċentrali tittratta kemm l-applikazzjonijiet li jidħlu kif ukoll dawk li ħerġin. Fil-każ ta’ applikazzjonijiet li ħerġin, l-uffiċjali tal-Awtorità Ċentrali jiltaqgħu mal-applikant u flimkien mal-Uffiċjal Legali jistudjaw il-każ. Ladarba l-applikazzjoni u d-dokumentazzjoni meħtieġa jiġu kkompilati, dawn jintbagħtu lill-istat mitlub u l-Awtoritajiet Ċentrali rispettivi jinfurmaw lil xulxin bl-iżviluppi. Fil-każ ta’ talbiet li jaslu, l-Awtorità Ċentrali ta’ Malta jew tibda proċeduri legali jew tipprovdi lill-Istat rikjedenti l-informazzjoni mitluba skont l-applikazzjoni mibgħuta.

F’dawn il-każijiet, il-kooperazzjoni mal-Aġenzija tal-Għajnuna Legali (Legal Aid Agency), id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, id-Dipartiment tat-Taxxi Interni u l-Korporazzjoni għall-Impjiegi u t-Taħriġ fost oħrajn hija ta’ importanza kbira.


Leġiżlazzjoni rilevanti



Informazzjoni dwar l-Applikazzjoni

Issir l-ewwel laqgħa ma’ kull min ikun jixtieq jagħmel talba.
Ir-regolament ikopri ħafna aspetti u hemm diversi applikazzjonijiet li jistgħu jintużaw skont it-talba. Fil-laqgħa inizjali, l-informazzjoni meħtieġa għandha tiġi pprovduta mill-applikant u l-Awtorità tagħti direzzjoni lill-applikant fir-rigward ta’ liema applikazzjoni għandha tintuża.

Il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar fil-5 ta' Mejju 2020​.


Agħfas hawn biex tagħmel kuntatt magħna​.​​