Navigate Up
Sign In

Ispettorat

X’jagħmel l-Ispettorat tal-SCSA?

L-Ispettorat fi ħdan l-SCSA jissorvelja u jispezzjona s-servizzi tal-ħarsien soċjali skont il-Kapitolu 582 l-Att dwar l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali. L-għan tal-uffiċċju hu li jaħdem mal-provdituri tas-servizzi biex jiżguraw li persuni li jagħmlu użu minn servizzi ta’ ħarsien soċjali huma pprovduti servizz li hu ta’ ħsieb, sigur, u ta’ kwalità għolja li hu konformi mal-iStandards stabbiliti. 

Kif jsiru l-ispezzjonijiet?  

Skont il-Kapitolu 582 l-Att dwar l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali, l-Ispettorat tal-Awtorità għandu l-kariga li jispezzjona u jissorvelja l-operat kollu li għandu x’jaqsam mal-provizzjoni ta’ servizz ta’ ħarsien soċjali, u jaċċerta li dawn huma konformi ma’ dan l-Att u ma’ kull liġi jew regolament ieħor. 
 

X’għodod nużaw biex naħmlu l-ispezzjonjiet? 

Diversi għodod u metodoloġiji huma utilizzati biex naċċertaw li ispezzjonijiet tal-għola livell huma mwettqa. Skont is-servizz li hu pprovdut, l-ispettorat juża numru ta’ għodod biex jevalwa l-kwalità tal-ħarsien u l-konformità mal-iStandards. Dawn huma n-numru ta’ għodod li nużaw: 

L-Ispezzjonijiet imħabbra u mhux imħabbra: Biex naċċertaw li l-proċess tal-ispezzjoni jsir b’mod professjonali, l-ispettorat juża kemm spezzjonijiet imħabbra u dawk mhux imħabbra meta jagħmel iż-żjarat jew l-osservazzjonijiet tiegħu għall-servizzi ta’ ħarsien soċjali. 

Intervisti: Intervisti mal-maniġment, staff, min jirċievi s-servizz u professjonisti oħra jsiru biex jiġi aċċertat li aspett umanistiku jkun dejjem fil-qalba tal-ispezzjoni. Dan ukoll jaċċerta li dejjem jkun hemm ġudizzju tajjeb fil-proċess tal-ispezzjoni tagħna. 

Kwestjonarji u listi ta’ kontroll: Min żmien għal ieħor, l-ispettorat juża wkoll kwestjonarji u listi ta’ kontroll biex jieħu sehem f’eżerċizju ta’ mapping u jiġbor informazzjoni li tkun kwalitattiva u kwantitattiva relatat mal-operazzjonijiet li jseħħu f’kull provizzjoni ta’ servizz ta’ ħarsien soċjali. 

Vetting tad-Dokumentazzjoni: Biex taċċerta servizzi ta’ kwalità għolja, importanti li jsir vetting tad-dokumentazzjoni biex jiġi verifikat li s-servizz huwa konformi mal-politiki u proċeduri, kif ukoll mal-liġijiet u regolamenti. Dan il-proċess jinkorpora fih l-vetting tal-kotba, reġistri jew kull dokument relatat mal-provizzjoni tas-servizz ta’ ħarsien soċjali. 

Sistemi ta' Monitoraġġ u Rappurtar: Diversi forom ta’ sistemi ta’ rappurtar ġew imfassla mill-ispettorat biex jkun possibbli jiddeskrivi r-riżultati tal-ispezzjonijiet, inkluż kwalunkwe pjan ta’ azzjoni, rekomandazzjoni, u titjib possibbli identifikati.