Navigate Up
Sign In

Liċenzjar

 

Għala għandek bżonn liċenzja?

Skont il-Kapitolu 582 l-Att dwar l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali, biex tkun tista’ topera servizz ta’ ħarsien soċjali f’Malta, wieħed għandu bżonn liċenzja maħruġa mill-SCSA. L-Uffiċċju tal-Liċenzji hu responsabbli biex tirċievi, tirrikonoxxi u tivverifika l-applikazzjonijiet għall-liċenzjar tas-servizzi ta’ ħarsien soċjali bbażat fuq inspezjonijiet u evidenza miġbura mill-Uffiċċju tal-Ispettorat tal-SCSA.

X’tip ta’ servizzi għandhom bżonn liċenzja?  ​

Din hi l-lista ta’ servizzi ta’ ħarsien soċjali li għandhom bżonn liċenzja biex joperaw f’Malta:

  • Adozzjoni 
  • Fostering
  • Servizzi Relatati ma’ Problemi ta’ Droga, Alkoħol u Logħob tal-Azzard
  • Servizzi Residenzjali 
  • Servizzi ta’ Ċentri ta’ Matul il-Jum 
  • Servizzi fill-Komunità u ta’ Sapport
  • Servizzi ta’ Respite 
  • Servizzi ta’ Xelters u Akkomodazzjoni Temporanja 
  • Servizzi bbażati f’Uffiċċju 


Liema servizzi huma preżentament liċenzjati mill-SCSA?

Għal-lista tas-servizzi li għandhom liċenzja maħruġa mill-SCSA, ikklikja hawn.


Kif nista’ na​pplika għal liċenzja?

Għall-informazzjoni fuq kif tista’ tapplika, ikklikja hawn​.​