Inpoġġu lill-persuni vulnerabbli l-ewwel: SCSA taħdem fuq il-bżonnijiet u l-aspirazzjonijiet ta’ persuni vulnerabbli billi tfittex l-opinjoni tagħhom u informazzjoni mingħandhom filwaqt li tisma’ l-ilmenti tagħhom u dak li jħassibhom dwar is-servizzi tal-kura soċjali li jużaw. Nistinkaw għall-eċċellenza u l-kwalità: SCSA tipprova tkun mexxej fil-qasam tar-regolazzjoni billi tibqa’ aġġornata bl-aħjar prattiċi u riċerki fil-qasam tal-kura soċjali kemm lokalment u anke barra. SCSA tipprova tistabilixxi qafas li jassisti lill-provdituri ta’ servizz biex jiżviluppaw kwalità ta’ servizz għoli. Nikkolaboraw mal-istakeholders: SCSA taħdem mal-provdituri tas-servizz permezz ta’ djalogu kontinwu u konsultazzjoni. SCSA taqsam ir-riżorsi sabiex tiggwida lill-provdituri tas-servizz biex itejbu s-servizz tagħhom biex persuni vulnerabbli jkollhom servizz ta’ kwalità superjuri.