Navigate Up
Sign In

Regolamenti

X'inhuma l-iStandards Soċjali Regolatorji?

Il-ħarsien soċjali jinkludi ammont sostanzjali ta’ provdituri ta’ servizzi minn setturi distinti, minn trabi għal nies xjuħ, li jafettwa lis-soċjetà kollha. L-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali bħala r-regolatur trid tiżgura t-trattament ugwali tad-diversi provdituri tas-servizzi, u tmexxihom lejn il-kisba ta’ kwalità ogħla tal-benesseri soċjali, minn fejn is-soċjetà eventwalment tibbenefika. L-istabiliment tal-iStandards fil-qasam tas-servizzi soċjali tkun ta’ għajnuna lir-regolatur biex jilħaq dan l-għan. 


Kif jiġu stabbiliti l-iStandards Soċjali Regolatorji? 

Permezz ta’ riċerka, konsultazzjoni mal-provdituri tas-servizzi u regolaturi oħra fil-qasam, l-Uffiċċju tar-Regolamenti u Standards hu inkarigat  bl-abbozzar tar-regolamenti f’settur partikolari. Ladarba dawn jiġu stabbiliti, l-iStandards Soċjali Regolatorji jsiru Avviż Legali. 

Il-proċess ta’ regolamentazzjoni huwa maħsub biex jkun esperjenza pożittiva, mwettqa permezz ta’ kollaborazzjoni u djalogu. Huwa maħsub biex permezz tal-operat tagħha, l-Awtorità tkun tista’ tinfluenza b’mod pożittiv il-prattiċi ta’ ħarsien soċjali u l-iżvilupp kwalitattiv tas-servizzi f’dan is-settur.