Navigate Up
Sign In

Servizzi għat-tfal

SCSA tirregola s-servizzi ta’ ħarsien soċjali kollha tat-tfal bl-għan li tippromwovi s-sigurtà u l-kwalità. Parti importanti mill-ispezzjonijiet tinvolvi kuntatt dirett mat-tfal li qed jużaw servizzi partikolari u l-ġenituri tagħhom sabiex nifhmu kif qed jesperjenzaw dawn is-servizzi kif ukoll biex naraw x’qed jistennew minn dawn is-servizziFl-aħħar mill-aħħar, ir-regolazzjoni u l-ispezzjoni ta’ servizzi għat-tfal u l-familji tagħhom jassigura li l-opinjonijiet tat-tfal jiġu mismugħa, it-tfal jgħixu f’ambjent sigur u jkunu megħjuna biex jiksbu l-potenzjal tagħhom.

SCSA hija l-Awtorità Ċentrali ta’ Malta, li hija responsabbli mill-ħtif tat-tfal, l-adozzjoni, il-fostering li jinkludi foster care transkonfini.