Navigate Up
Sign In

Postijiet Vakanti

Individwi interessati għandhom jesprimu l-interess tagħom billi jibagħtu l-applikazzjonijiet tagħhom flimkien mad-dokumenti rilevanti bħalma msemmi fil-Job Requisites Sheet permezz ta’ imejl lil recruitment.scsa@gov.mt​ jew b’posta reġistrata. Posta mhux reġistrata oħra riċevuta permezz tal-posta konvenzjonali u/jew ippreżentata personalment bl-idejn se tkun ittimbrata bil-ħin u aċċettata b’riċevuta maħruġa mill-Uffiċju tal-HR tal-SCSA.

Applikazzjonijiet li jaslu tard mhux se jiġu aċċettati. L-SCSA mhix se tinżamm responsabbli għal twassil tard tal-posta minn partijiet terzi. 

Għall-formola tal-Europass Curriculum Vitae, jekk jogħġbok żur dan is-sit. Il-Curriculum Vitae huma aċċettati biss flimkien ma’ sejħa għall-applikazzjonijiet. 

L-applikanti kollha li jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom onlajn għandhom jiżguraw li jirċievu rikonoxximent elettroniku li jikkonferma li l-applikazzjoni tagħhom waslet. Jekk għal xi raġuni ma jasalx, l-applikanti huma ġentilment mitluba jċemplu lill-Uffiċċju tal-HR fuq 2549 4400 biex jikkonfermaw li rċevew l-applikazzjoni. 

L-SCSA mhix se tinżamm responsabbli għal applikazzjonijiet li ma jaslux minħabba problemi elettroniċi, żbalji tekniċi, jew kwistjonijiet oħra bħal sottomissjonijiet għal indirizz tal-imejl żbaljat. L-SCSA tfakkar lill-applikanti li hi r-responsabbilità tal-applikanti li jiċċekkjaw l-istat fiex tkun waslet l-applikazzjoni tagħhom.​